25 persuna mejta wara li żbroffa vulkan fil-Gwatemala | One News

Notifiki

25 persuna mejta wara li żbroffa vulkan fil-Gwatemala

Ħamsa u għoxrin persuna mietu filwaqt li mijiet oħra weġġgħu hekk kif żbroffa l-vulkan Fuego fil-Gwatemala.

Il-vulkan, li jinsab erbgħin kilometru fil-Lbiċ tal-kapitali Guatemala City, qed jarmi ġebel, duħħan iswed u irmied fl-ajru.

In-National Disaster Management Agency qalet li xmara ta’ lava laqtet il-villaġġ ta’ El Rodeo, u qerdet djar u ħarqet in-nies li kienu fihom.

F’Guatemala City, l-ajruport La Aurora ingħalaq minħabba l-irmied fl-arja.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend