"Adrian Delia ma fehemx il-messaġġ tal-poplu" | One News

Notifiki

“Adrian Delia ma fehemx il-messaġġ tal-poplu”

Sena ilu l-poplu Malti  iddeċieda  li jwarrab in-negattività u lil min jagħmel ħsara lil pajjiżna.

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li wara sena dan is-sinjal b’saħħtu li ta l-poplu fl-elezzjoni ġenerali u qed ikompli jingħata, għadu ma nftiehemx mill-Kap tal-Oppożizzjoni li qed jibqa’ jippersisti u jkun kontra investimenti fl-enerġija u jgħid li ma rahsux il-kontijiet. Għadu wkoll kontra l-investiment fis-saħħa filwaqt li jibqa’ juża politka li tagħmel ħsara lill-pajjiżna barra minn Malta.

Fi stqarrija spjega li wara sena, dan il-Gvern għandu aktar enerġija biex jaħdem għall-pajjiżna u jkompli jtejjeb il-kwalita’ tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend