Gary Debono, James Zahra, Bernard Sammut, Ian Scicluna u Matthew Gauci – Ħames Maltin li permezz tat-talent tagħhom fuq il-mutur, tul dawn il-jiem qiegħdin jiksbu suċċess f’ Erzberg Rodeo tant li jinsabu fiċ-ċans li għada jikkompetu fil-finali ta’ dan il-kampjonat prestiġjuż.
Tul il-kompetizzjoni, il-ħames xufiera Maltin wrew il-ħiliet tagħhom hekk kif telgħu tarġa tarġa tul dawn l-aħħar jumejn biex illum qiegħdin f’taqtiegħa biex jiksbu posthom fil-finali ta’ għada.
Erzberg Rodeo hija kompetizzjoni tal-muturi fil-kategorija “Enduro” li tinkludi sewqan f’passaġġi mħarbta u ostakli w sfidi li jagħmlu dan l-istil ta’ tellieqa wieħed iebes ħafna. Ta’ kull sena, ir-rebbieħ ta’ din il-kompetizzjoni jrid jegħleb mal-1500 xufier ieħor li jikkompetu.
Din il-kompetizzjoni ilha ssir mill-1995 fl-Awstrija u llum hi waħda mill-akbar tax-xorta tagħha fil-kontinent Ewropew tant li hi sponsorjata minn kumpaniji kbar bħal Redbull.
Ara hawn fiex tikkonsisti din it-tellieqa: