Min biex jinkiteb volontier, min biex jixtri l-merchandise ta’ #JM10 u min biex joffri donazzjoni.Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista hu mimli attività fejn nies ta’ kull età u minn kull sfera tas-soċjetà qed jibqgħu jinvolvu ruħhom b’mod dirett fil-Partit Laburista.
F’jiem fejn qed ikun iċċelebrat l-għaxar anniversarju minn meta Joseph Muscat sar mexxej tal-Partit Laburista u sena qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew il-Partit Laburista jinsab għaddej b’ritmu ma’ jaqta’ xejn.
“Dan hu partit ħaj. Ilna minn Ottubru għaddejin minn inizjattiva għal oħra u hekk beħsiebna nibqgħu għaddejin fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. L-istedina hi biex in-nies illum jiġu jinkitbu sas-sagħtejn biex ikunu parti mill-inizjattivi li se nieħdu fi żmien li ġej,” qal Aleander Balzan, Direttur tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista.