L-ex manager ta’ Manchester United, Alex Ferguson, ħareġ mill-isptar u rritorna lura lejn daru wara li ddaħħal b’urġenza nhar il-5 ta’ Mejju kawża emoraġġija f’moħħu li ħallietu għal xi jiem f’koma.
Persuni qrib Ferguson qalu li wara ftit jiem hu rrisponda tajjeb għall-kura tant li beda jagħmel avvanzi kbar ma’ kull jum li jgħaddi tant li issa li m’għadux l-isptar, il-pjanijiet huma li jirritorna f’Old Trafford fl-istaġun li jmiss.