Casa joġġezzjona għal Dalli li rrefera għal DCG bħala "that blogger" | One News

Notifiki

Casa joġġezzjona għal Dalli li rrefera għal DCG bħala “that blogger”

Il-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista David Casa – li kontinwament jipprova jtappan isem pajjiżna fl-Ewropa, sab oġġezzjoni għax l-eks Kummissarju Ewropew John Dalli rrefera għal Daphne Caruana Galizia bħala “that blogger” f’laqgħa li kellu miegħu u ma’ żewġ Membri Parlamenti Ewropej oħra.

Oġġezzjoni li sabha anki jekk qatt ma lissen l-ebda kelma ta’ kundanna għal meta l-Kap tiegħu Adrian Delia sejħilha “biċċa blogger”.

“I do not and no one should refer to Daphne Caruana Galizia as “that blogger”. At least some respect,” qal Casa.

Casa qal dan wara li matul il-jum, flimkien maż-żewġ Membri Parlamentari Ewropej Ana Gomes u Sven Giegold, kellu laqgħat dwar l-investigazzjonijiet b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ma’ delegazzjoni tal-Partit Laburista, mal-Partit Nazzjonalista, mal-Partit Demokratiku, mal-Maġistrati fl-inkjesta, ma’ dawk li jsejħu lilhom infushom is-Soċjetà Ċivili, u ma’ John Dalli.
F’konferenza tal-aħbarijiet f’Dar Malta, David Casa – il-bniedem li qed imexxi l-kampanja tal-Partit Nazzjonalista kontra Malta, pprova jirredikola ħidmet il-Pulizija Maltija meta xhur biss wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, arrestat tliet persuni b’rabta mad-delitt.

“Should we all say oh thank you what a good system we have in Malta? The police are doing; no I’m sorry the police are not doing anything.”

Gomez u Giegold irrepetaw allegazzjonijiet infondati li saru minn partitarji Nazzjonalisti li l-Ministru Chris Cardona deher f’bar ma’ wieħed mis-suspettati bil-qtil tal-blogger.
Allegazzjonijiet li għalkemm bla bażi – irrepetaw għal darba darbtejn.

“One member of the Government was seen drinking with this suspect. A member of the Government who has been seen drinking with the suspect it’s very disturbing.”

Biex kull ma jmur jidher li huwa biss il-Partit Laburista li qed iservi fl-irwol ta’ tarka tal-kampanji tal-ħmieġ; u għal darb’oħra kien hu fuq quddiem nett biex jiddefendi isem pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend