Xita ta’ umbrelel fl-ajru u ta’ kull kulur. Ħomor, sofor, orġanjo u fuq kollox umbrelel ħodor u blu – iż-żewġt ilwien marbuta mas-soċjetajiet mużikali fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar li fl-aħħar sigħat rat waħda mit-toroq tagħha tinkesa b’aktar minn elf u ħames mitt umbrella.
Dan bħala parti minn attività mużikali li se tittella’ mill-kunsill lokali fid-disgħa ta’ Ġunju li ġej.
ONE NEWS segwa mill-qrib il-ħidma li saret il-Ġimgħa filgħaxija biex inħolqot atmosfera maġika u kkulurita bis-Sinku Marc Vello Bonnici jgħid kif il-lokal qed ikompli jieħu l-kulur b’inizjattivi bħal dawn.
L-ewwel proċess huwa li ndaħħlu l-umbrellel b’tip ta’ sequence, l-iskop tagħha hu biex noħolqu disign mill-ajru, qegħdin ngħaddu l-umbrelel eżattament ċentimentru ċentimetru ’l bogħod minn xulxin. Qegħdin norbtuhom, niftuhom u norbuthom mall-ventijiet.
Aldan Joseph Buhagiar, qal li din l-attività ġabet iż-żewġ soċjetajiet mużikali taħt umbrella waħda.
Din it-triq se tkun mimlija bl-umbrellel, xi ħaġa sinonima ma’ Ħaż Żabbar, kulħadd jaf il-pika li teżisti bejn żewġ umbrellel li hawn ġewwa Malta u hekk din it-triq ħdimna flimkien ħa tintrema kollha umbrellel biex turi li għalkemm ovjament ikun rivalita’ bejn il-żewġ każini imma ukoll naħdmu flimkien ovjament għal ġid ta’ Ħaż Żabbar u l-komunita’.
Julian Scicluna esprima s-sodisfazzjon li din l-inizjattiva qed tkompli tgħaqqad il-lokal.
Kulħadd għandu l-impressjoni li hawn xi tip ta’ mibegħda jew xi tip ta’pika bejn iż-żewġ każini. Il-pika nżommuha biss fil-festa, f’għaqdiet u attivitajiet bħal dawn li qed jorġanizza l-kunsill, nippruvaw nagħtu s-sapport tagħna. Li naħdmu flimkien huwa s-sodisfazzjon tagħna fl-aħħar mill-aħħar.
Barra li se ġġib l-għaqda fil-komunità, dan l-avveniment li se jkun l-ewwel tax-xorta tiegħu f’pajjiżna u se jpaxxi l-għajn ta’ dawk li jżuruh.
U l-iskop warajha din il-ħaġa apparti ovjament hija xi ħaġa sabiħa li nistieden in-nies jiġu jarawha waqt l-attivita’, naħseb hija l-unika darba fejn verament fejn l-għaqdiet kollha ingħaqdu flimkien kien għal għan wieħed biex naħdmu għal proġett komuni ġewwa Ħaż Żabbar
Il-proġett tal-umbrelel fis-sema ra l-bidu tiegħu fil-Portugall u mexa f’għadd ta’ pajjiżi oħrajn. F’Ħaz-Zabbar l-umbrelel mistennija jibqgħu joffri xi ftit tal-kenn mis-sħana tas-sajf sal-festa tal-Madonna tal-Grazzja f’Settembru li ġej bit-tama wkoll li sadakinhar jiqbgħu jilqgħu għad-dell u mhux għall-iskop li għalihom ġew ivvintati!