Deċiż li jsir is-summit ta’ Donald Trump ma’ Kim Jong-un f’Singapore fit-tnax ta’ Ġunju li ġej.
Dan qalu l-president tal-Istati Uniti nnifsu, ġimgħa wara li l-istess summit ġie kkanċellat.
Trump ħabbar dan wara taħdidiet mal-eks kap tal-intelliġenza military tal-Korea ta’ fuq.
Huwa qal ukoll li l-kwistjoni li tintemm formalment l-gwerra Koreana ser tkun fuq il-mejda tad-diskussjoni.