Il-Prim Ministru Spanjol, Mariano Rajoy, tneħħa mill-kariga tiegħu wara vot ta’ sfiduċja fil-Parlament.
Il-vot għadda b’mija u tmenin favur, mija, disgħa u sittin kontra, u astensjoni waħda.
Il-Kap Soċjalista Pedro Sanchez, li ressaq il-mozzjoni ta’ sfiduċja wara li l-partit ta’ Rajoy inqabad fi skandlu ta’ korruzzjoni, se jinħatar bħala Prim Ministru.
Ftit tal-ħin wara l-vot, Sanchez qal li se tkun qed tinkiteb paġna ġdida fl-istorja demokratika tal-pajjiż.
Intant, Rajoy, li kien ilu jmexxi mill-elfejn u ħdax, huwa l-ewwel Prim Ministru fl-istorja moderna ta’ Spanja, li tneħħa b’vot ta’ sfiduċja.