Il-karozza uffiċjali tal-Prim Ministru llum kienet involuta f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.
Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li vann baqa’ dieħel fil-karozza minn wara waqt li kienet wieqfa fuq traffic lights tistenna biex nies jaqsmu t-triq.
Il-Prim Ministru ma kienx fil-vettura fil-ħin tal-inċident. Il-Pulizija waslu fuq il-post tal-inċident ftit tal-ħin wara.
Is-sewwieq tal-vettura tal-Prim Ministru kien għadu kif mar jagħti l-fuel lill-karozza.
Is-sewwieq sofra biss ġrieħi ħfief f’saqajh u ttieħed iċ-ċentru tas-saħħa għal aċċertazzjonijiet. Ħadd aktar ma weġġa’ fl-inċident.