Zinedine Zidane irriżenja minn kowċ tat-tim Spanjol Real Madrid, ħamest ijiem wara li wassal lill-istess tim għat-tielet trijonf konsekuttiv taċ-Champions League.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Franċiż sostna li l-klabb kellu bżonn vuċi differenti, hekk kif kollox jinbidel, u kien għalhekk li ħa dal-pass.
Mindu ħa f’idejh il-kontroll tat-tim fl-2016, Zidane u Real Madrid rebħu tlett kompetizzjonijiet taċ-Champions League u kampjonat Spanjol. Zidane ħa post Rafael Benitez li kien tkeċċa u kien fit-tmun għal 149 logħba. Huwa rreġistra 104 rebħiet u disa trofej.