Il-PN ma aċċettax ftehim bejn id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa, Stephen Spiteri, dwar kif se jimxu dwar il-kumitat tal-Abbozz ta’ Liġi jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni.
Mr Fearne dalgħodu għarraf lill-Kamra li wara laqgħa “tajba” li kellu l-bieraħ mat-Tabib Spiteri, fejn tkellmu dwar kif l-aħjar jissuġġerixxu lill-President tal-Kumitat dwar l-Abbozzi tal-Liġijiet kif ukoll dwar dak tal-Petizzjonijiet li jimxu dwr l-emendi għall-Abbozz ta’ Liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijuni.
Huwa ħabbar li qablu li l-laqgħat tal-kumitat jibdew il-ġimgħa d-dieħla u jistiednu u jissuġġerixxu lill-presidenti tal-kumitat li jistiednu lill-NGOs u għaqdiet oħrfa interessati li jkunu jridu jindirizzaw il-kumitat biex jisimgħu l-opinjonijiet tagħhom.
Mr Fearne qal li fl-aħħar ġimgħat iltaqa’ ma’ kważi l-NGOs kollha involuti iżda jkun tajjeb ukoll li jkunu fil-kamra tal-kumitat beix jesprimu kif jaħsbuha. Wara dan ikomplu bid-diskussjoni tal-emendi bħal ma jiġri s-soltu.
Huwa qal li kien hemm ukoll is-siġġeriment min-naħa tal-gvern li peress li hemm petizzjoni dwar l-emendi u din tagħlaq nhar it-Tnejn, li nhar it-Tlieta wkoll ikun jista’, b’mod konġunt, illi l-laqgħa kemm tal-Kumitat dwar l-Abbozzi ta’ Liġi u dak tal-petizzjonijiet biex ikun hemm diskussjoni miftuħa.
Huwa ħabbar li dalgħodu stess, il-whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qallu li dwar dan ma hemmx qbil.
Cutajar qal li jieħi gost li l-istadju tal-kumitat dwar l-abbozz se jkun fil-kumitta u mhux fil-plenarja li kien issuġġerixxa l-gvern u biewx l-NGOs ikunu mistiedna. Huwa qal li “min-naħa tagħna, dak kollu li qal il-gvern nilqgħuh. Jiena nittama li l-prioċess ta’ konsultazzjoni ikun bl-aktar mod wiegħsa possibbli biex jagħti ċans lil kull min wassal il-vuċi tiegħu dwar dawn l-amendi iwassal b’mod kalm u seren biex il-messaġġ jasal”.
Iċ-ċermen tal-kumitat dwar l-abbozzi, Stefan Zrinzo Azzopardi, qal li ija idea tajba li jingħata dan l-ispazju biex qabel ma wieħed jiddiskuti fid-dettal l-abbozz, issa f’dan id-dawl, iż-żewġ kumitati jisimgħu x’għandhom x’jgħidu l-NGOs biex imbagħad wieħed ikompli bid-diskussjoni.
Chris Fearne qal li l-gvern jistenna l-eżitu tad-diskussjoni tal-partijiet tal-partit nazzjonalista biex jgħarraf lill-gvern x’se tkun id-deċiżjoni aħħarija tagħhom.
Davis Agius qal li ħadd m’għandu bżonn stdenina biex jattendi l-kumitat u huwa se jħeġġu lin-nies biex imorru u jekk ikun hemm min irid jitkellem jieħu l-permess tal-president.
“X’għandu f’moħħi l-gvern? Se nibdew niddiskutu klawsola klawsolambl-emendi? Jew il-ministru jrid jagħmel diskussjoni b’mod ġenerali?”
Dr Fewsarne qal li l-bieraħ għamel sagħtejn jiddiskuti mal-kelliem tal-Oppożizzjoni u m’għandu problema li l-PN jiddiskuiha internament u mbagħad jgħarraf lill-gvern x’ikun iddeċieda.
Qal li l-gvern jixtieq li nhar it-Tlieta tida d-diskussjoni fil-kumitat.
David Agius oġġezzjoni li l-Ministru Fearne għamel l-istqarrija għax qal li kien jippretendi li l-ewwel jistenna risposta min-naħa tagħhom u mbagħad jitkellem fil-Parlament. “Jekk irid jgħaġġel, jiġri waħdu! Jekk irid jimxi mal-Oppożizzjoni, irid iħalli lilna niddiskutu u niġu lura bl-affarijiet min-naħa tagħna.”
L-iSpeaker qal li m’hemmx ftehim.