Investiment dirett barrani fi klinika ġdida għall-amputees | One News

Notifiki

Investiment dirett barrani fi klinika ġdida għall-amputees

Il-kumpanija Israeljana, Meron Advanced Orthopedic investiet fi klinika għall-amputees li jkollhom bzonn prostetiċi f’pajjiżna.

Din il-kumpanija li ilha topera f’dan il-qasam delikat għal ħamsin sena, qed iħarsu ‘l quddiem li jaqdu klijenti Maltin u barranin li jkollhom bżonn ta’ intervent prostetiku.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-Ministru għas-saħħa, Chris Fearne inawguraw din il-klinika li tinsab fit-Technopark tal-Mosta.

F’diskors tal-okkazjoni, l-Prim Ministru esprima sodisfazzjon ghal dan l-investiment dirett barrani iehor f’pajjiżna li jservi wkoll ta’ għajnuma fl–impenn tal-Gvern b’rabta mat-turiżmu mediku.

Zewġ persuni amputee li kienu preżenti fahhru l-mekkaniżmi riġidi li saru lilhom li jgħinuhom iħossuhom aktar komdi u jkomplu bil-ħajja taghhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend