B’referenza għal diversi artikli li dehru fuq siti tal-midja eletroniċi fejn qiegħed jingħad li l-Avukat tal-familjari Caruana Galizia fil-kawża tal-Onorevoli Chris Cardona qal illi l-Pulizija taw xi struzzjonijiet lill- aħwa Caruana Galizia sabiex dawn ma jiġux Malta, il-Korp tal-Pulizija kategorikament jiċħad dan.
Dan qalitu l-Pulizija fi stqarrija li bgħatet il-Ħamis filgħaxija b’rabta ma’ dak li ġara dalgħodu rigward il-każ tal-libelli li fetaħ il-Ministru Chris Cardona kontra l-blogger Daphne Caruana Galizia.