Il-Pulizija tinsab għaddejja bit-tfittxija għal anzjan wara li ġie rapportat nieqes tul il-jum tal-Erbgħa 30 ta’ Mejju.
L-anzjan jismu Victor Caruana li għandu 74 sena. Huwa deher l-aħħar, fl-istess ġurnata, fi Triq is-Sajf il-Mosta u kien liebes flokk blu bil-griz, qalziet blu u beritta blu.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar ir-raġel, jista’ jgħaddiha lill-Pu lizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 jew 119.
Informazzjoni tista’ tiġi mgħoddija ukoll fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.