It-Triq tal-Barrani direzzjoni lejn iż-Żejtun tinsab magħluqa wara li għal xi raġuni kien hemm ħruġ ta’ gass minn pompa tal-petrol ewlenija li hemm fl-istess triq.
B’reazzjoni għal dan , intalbet l-assistenza tal-skwadra speċjalzzata tal-Protezzjoni Ċivili li għandha tagħmir biex tikkontrolla dawn is-sitwazzjonijiet. Intant il-Pulizija tinsab għaddejja bil-ħidma tagħha biex jitwaqqaf l-aċċess għal din it-triq minħabba raġunijiet ta’ sigurta.
Il-Pubbliku inġenerali hu mitlub biex jevita iż-żona.
Iżjed dettalji kif jaslulna …