Ħadd ma ndarab wara rapporti li xi ħaddiema nqabdu taħt it-terrapin fl-impjant tal-Enemed f’Ħas Saptan fit-triq ta’ biswit l-ajruport direzzjoni lejn Ħal Far.
Ikkuntatjat minn one.com.mt kelliem għall-Protezzjoni Civili ikkonferma li waslu rapporti ta’ sitt persuni maqbudin taħt it-terrapien. L-istess sorsi żiedu jgħidu li l-ħaddiema jidher li rnexxielhom joħorġu mingħajr bżonn tal-assistenza.