145 intrapriżi żgħar u medji s’issa ibbenefikaw minn Fondi Ewropej taħt il-programm 2014-2020. Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u d-Djalogu Soċjali Aaron Farrugia waqt mistoqsija supplimentari parlamentari mid-Deputat Rosianne Cutajar dwar x’għajnuna minn Fondi Ewropej hemm disponibbli għall-intrapriżi żgħar u medji.
Bl-isem Business Enhance Grants Scheme, dawn il-Fondi Ewropej jipprovdu għajnuna finanzjarja lin-negozji żgħar u medji li jersqu b’ideat innovattivi u japplikaw għal dawn il-Fondi.
Taħt il-programm 2014-2020, €51 miljun huma iddedikati sabiex jipprovdu għajnuna finanzjarja lin-negozji Maltin u Għawdxin. Is-Segretarju Parlamentari Farrugia fil-Parliament qal li s’issa izjed minn €9 miljuni diġa ġew allokati lilll-dawn il-145 intrapriża f’diversi oqsma fosthom fit-turiżmu, manufattura, ICT u l-industrija kreattiva.
Kurrentament hemm 7 skemi miftuħa għan-negozji li jikkonsistu fi skemi ta’ għajnuna għal start-ups, growth, e-commerce, diversification, riċerka u innovazzjoni, parteċipazzjoni f’fieri barra ‘l pajjiż u għajnuna għal kitbiet ta’ business plans. Minn din is-sena dawn l-iskemi huma miftuħa fuq sistema ta’ onrolling, b’cut off dates differenti matul is-sena.
Farruġia ħeġġeġ l-intrapriżi Maltin u Għawdxin interessati sabiex jersqu għall-informazzjoni.
Informazzjoni dwar dawn l-iskemi tista tinstab fuq: https://businessenhance.gov.mt/en/Pages/Main-Page.aspx jew mingħand il-Measures and Support Division fuq 2200 1100.