Xbihat differenti ta' Santa Katarina f'wirja fiż-Żurrieq | One News

Notifiki

Xbihat differenti ta’ Santa Katarina f’wirja fiż-Żurrieq

Statwi, pittura, ritratti u tifkiriet oħra ta’ Santa Katarina huma fost il-protagonisti f’wirja li qed tittella’ fiż-Żurrieq bħala parti mill-attivitajiet organizzati mis-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. fl-okkażjoni tal-200 sena mill-wasla tal-vara Titurali fiż-Żurrieq.

Santa Katarina ilha patruna taż-Żurrieq aktar minn 625 sena, u l-istorja tar-raħal hija minsuġa f’rabta sħiħa ma’ din il-Qaddisa.

Ix-xbihat fil-wirja – uħud minnhom miżmuma bħala teżori personali fid-djar taż-Żrieraq, ivarjaw minn statwi, pittura, ritratti u kull tip ta’ tifkira relatata mal-Qaddisa.

Dawn qed ikunu esebiti fil-Każin tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. f’Misraħ Repubblika, ż-Żurrieq.

Din l-attività kulturali u reliġjuza kienet inawgurata mill-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici nhar il-Ħadd 27 ta’ Mejju 2018.

Id-dħul għall-esebizzjoni sal-Ħadd 3 ta’ Ġunju 2018 huwa bla ħlas.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend