Mara ndarbet gravi wara li waqgħet minn vettura meta x-xufier saq wara li ma ntebaħx li kienet għadha ma telgħetx sew fil-karozza.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tal-għaxra n eqsin għoxrin ta’ filgħodu fi Triq il-Kungress Ewkaristiku, il-Most a.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li mara ta’ 68 sena, residenti l-M osta stess, sfat feruta wara li waqgħet. Jidhe r li l-mara kienet se tirkeb f’vettura iżda għal xi raġuni, is-sewwieq laħaq saq bil-konsegwenza li din waqgħet u ġarrbet xi ġrieħi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-ku ra neċessarja. Iktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qi egħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dw ar dan l-inċident għadha għaddejja.