F’rapport ippubblikat illum mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), Malta kisbet it-tieni post fil-klassifika tal-aktar postijiet tajbin għall-għawm bi kwalità ta’ ilma tajjeb.
Dan ir-rapport jagħti ħarsa lejn il-kampjuni tal-ilma miġbura fl-2017 u li permezz tagħhom ġiet ikkalkulata l-kwalità tal-ilma. F’pajjiżna, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jiġbor kampjuni kull ġimgħa minn 87 sit tajjeb għall-għawm imxerrda mal-gżejjer Maltin.
Skont dan ir-rapport, f’Malta għandna kwalità ta’ ilma baħar tajjeb f’86 minn dawn is-87 post.
Fl-ewwel post tal-klassifika Ewropea hemm il-Lussemburgu b’total ta’ 12-il sit għall-għawm.