Uffiċċjali għoli tal-Korea ta’ fuq jinsab fi triqtu lejn l-Istati Uniti għal taħdidiet uffiċċjali bi preparament għas-summit uffiċjali bejn il-mexxeja taż-żewġ pajjiżi fit-tnax ta’ Ġunju li ġej. Kim Jong Chol, mistenni jasal fl-Istati Uniti għada l-Erbgħa sabiex ikompli jħejji t-triq għal-dan is-summit.
Dan is-summit kien tħassar wara li Trump iritra minnu fil-jiem li għaddew madankollu wara ħidma konġunta dan is-summit reġa ġie skedat. Din ha tkun l-ewwel okkażjoni fl-istorja tal-Korea ta’ fuq li l-Kap tagħha se jiltaqa’ mal-President inufficio Amerikan.