Nirrumblaw ic-ċuppitatu | One News

Notifiki

Nirrumblaw ic-ċuppitatu

Kif smajt l-aħbar li l-Unjoni Ewropea trid tagħmel gwerra fuq il-plastic,  u bdew isemmu l-fliexken tal-ilma u s-soft drinks, ftakart f’Dione Borg jagħmel il-mistoqsija bħala ġurnalista Nazzjonalista,  u jipprova jitmejjel b’dak li kien qed jgħid il-Partit Laburista fuq il-fliexken tal-plastik.

Kos kif jinbidlu ż-żmienijiet

F’Malta,  anke minħabba s-saħħa tan-nies,  kien hemm liġi li tipprojbixxi li s-soft drinks ikunu  fil-fliexken tal-plastik.  Fil-hġieġ, li ilu sekli fuq seklu jservi lin-nies tad-dinja bħala reċipjent nadif. U l-fliexken kien jerġgħu jmorru lura għand min jimlihom,  u jerġgħu jigu mimlija bix-xorb.  L-istess bħal ma hija l-birra (apparti dik li tkun fil-bottijiet).  Il-fliexken tal-plastik, speċjalment jekk ikun fix-xmux,  jerħu mill-materjal tagħhom,  u ma jagħmlux tajjeb għas-saħħa.

Meta Alfred Sant u aħna miegħu konna qed ngħidu lin-nies li ġejja muntanja ta’ fliexken tal-plastic kien hemm min ġadna biż-żufjett.  Issa l-muntanja kibret fuq l-Ewropa,  li ddikjarat li trid taghmel gwerra lill-plastik…..sakemm iħalluha u ma jindaħlux l-interessi ta’ gruppi u l-lobbies fi Brussels jimbuttaw kemm jifilħu.

Meta konna għaddejjin minn din il-ġrajja tal-fliexken,  Dr Simon Busuttil li kien dak iż-żmien konsulent tal-Gvern Nazzjonalista fuq id-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja.  Kiteb fit-Times,  fil-5 ta’ Novembru, 2002,  u serraħ moħħ in-nies !

“Specifically on the use of plastic bottles, during negotiations Malta first requested to maintain its beverage container packaging regime and therefore effectively retain its ban on imported soft drinks. This request was not accepted because the EU argued that Malta could still address waste problems using other means. It was possible to ensure that lifting the ban would not lead to an increase in waste.

It was therefore agreed that Malta would keep the ban on plastic bottles until the end of 2007. This would give the Maltese authorities enough time to adapt the beverage container packaging regime and it would give local industry enough time to adjust to competition.”

Issa x’se nagħmlu ?  Nirrumblaw il-flixkun.  Fl-imgħoddi kien jirrumblaw ic-ċuppitatu.  Fl-Unjoni Ewropeja jidher li għadhom dilettanti taċ-ċuppitatu

Ta’ QabelLi Jmiss
Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

Send this to a friend