Għar-raba’ sena konsekuttiva, partijiet prominenti fil-Belt Valletta se jiġu trasformati f’siti ċinematografiċi bil-għan li jservu ta’ niċċa għal iżjed minn sittin film bħala parti mill-Valletta Film Festival.
Tul dawn l-għaxar t’ijiem, postijit bħal Pjazza Teatru Rjal, it-teatru tal-Università fil-Belt u u Spazju Kreattiv se jkunu qed jesebixxu sa massimu ta’ tlett films kuljum. Films mtella minn għadd ta’ produtturi minn madwar id-dinja kollha.
Oliver Mallia, wieħed mill-mħuħ wara l-Valletta Film Festival spjega ma’ ONE News kif din l-attività mhix intenzjonata biss għall dawk li huma fanatiċi tad-dinja taċ-ċinema hekk kif hi mżewqa b’films minn kull ġeneru u stil.
Intant fl-aħħar ta’ dawn l-għaxar t’ijiem, issir serata fejn jiġu premjati l-aqwa films permezz ta’ votazzjoni minn ġurija internazzjonali.
Iżda fi kliem is-Sur Mallia stess, il-poplu nġenerali għandu sehem dirett f’ din il-votazzjoni hekk kif il-Valletta Film Festival ħarġet bl-idea tal-“Audience Award”.
Il-Valletta Film Festival ser isir bejn it-8 u s-17 ta’ Ġunju.