Il-Prim Ministru fi Franza għal konferenza dwar il-Libja | One News

Notifiki

Il-Prim Ministru fi Franza għal konferenza dwar il-Libja

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab fi triqtu lejn Pariġi biex jipparteċipa f’laqgħa inter-Libjana ospitata mill-President Franċiż, Emmanuel Macron. Il-Prim Ministru jinsab akkumpanjat mill-ministru għall-affarijiet barranin, Carmelo Abela.

Din il-laqgħa ta’ livell għoli ser jattendu għaliha rappreżentanti minn Franza, l-Ġermanja, l-Italja u l-Olanda kif ukoll il-Marokk, Saudi Arabia, Qatar u t-Turkija fost oħrajn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend