Matul l-2017 l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza irċeviet 39 ilment, madankollu disgħa ilmenti biss kienu jaqgħu taħt il-kappa tal-kummissjoni. Fost dawn l-ilmenti kien hemm ilmenti dwar diskriminazzjoni abbazi tar-razza.
Dan ħareġ mir-rapport annwali tal-kummissjoni li ġie ippublikat dalgħodu. Fil-konferenza, 21 kumpanija ingħataw ċertifikati minħabba li offrew kundizzjoni ta’ friendly measures aktar stabbiliti mill-liġi. Sabiex issa hemm 21,650 impjegat f’85 kumpanija li jahdmu f’kundizzjonijiet ugwali ċertifikati. Il-konferenza kienet indirizzat mill-Ministru għall-ugwaljanza Helena Dalli li tkellmet dwar il-mizuri li daħħal l-gvern fejn jidħlu l-ugwaljanza f’pajjizna. Filwaqt li tkellmet dwar il-pass li jmiss li l-gvern jindirzza lill-ħaddiema kollha jitħallsu b’mod ugwali.