Għal sen’oħra l-Gvern ħareġ bond tat-tfaddil għall-anzjani li għandhom 62 sena jew aktar fejn dawk kollha li twieldu mill-1956 ser ikollhom l-opportunità li jinvestu flushom għal ħames snin sħaħ fejn ta’ kull sena ser jirċievu rata fissa ta’ imgħax ta’ 3%.
Dan tħabbar mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna spjega li għal dan il-bond jistgħu japplikaw ukoll għalih dawk l-anzjani li pparteċipaw fl-bond tat-tfaddil maħruġ mill-Gvern kemm f’Settembru kif ukoll f’Ottubru li għadda.
L-applikazzjonijiet mistennija li jiftħu mit-Tnejn 11 ta’ Ġunju u għandhom jagħlqu l-għada t-Tlieta 12 ta’ Ġunju.