Tuneżin sofra minn ġrieħi gravi wara li ħabbat rasu mal-bieb taċ-ċella li kien qed jinżamm fiha filwaqt li darab Pulizija.
Il-każ seħħ tard ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-ħdax, meta raġel Tuneżin li kien qed jinżamm arrestat ġewwa l-lock-up tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, beda jaġixxi b’mod aggressiv u saħansitra beda jweġġa’ lilu nnifsu billi beda jħabbat rasu mal-bieb taċ-ċella. Apparti hekk huwa wkoll għamel diversi ħsarat ġewwa l-imsemmija ċella.
Il-Pulizija stazzjonati ġewwa l-lock-up waqqfu dan l-aġir minnufih u sejħu ambulanza sabiex l-arrestat jingħata l- assistenza medika meħtieġa. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn hawnhekk baqa’ aggressiv, u anke weġġa’ lil Surgent tal-Pulizija li kien skorta u kkawżalu xi ġrieħi, u kompla jagħmel storbju u jgħajjat.
Ir-raġel kien ġie arrestat il bieraħ stess mill-Mellieħa wara li kien qiegħed iġib ruħu b’mod aggressiv ma’ diversi persuni waqt attività u wkoll irreżista l-arrest.
Ritratt: Il-ġrieħi li ġarrab il-Pulizija