Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg ħabbar li għall-Awtorità tal-Ippjanar, fis-sena li għaddiet, kienet ikkaratterizzata minn riżultati ta’ ipproċessar ta’ applikazzjonijiet, titjib fil-Customer Care u s-servizzi li tagħti l-istess awtorità, il-finanzjamenti ta’ proġetti u t-tfaddil.
Il-Ministru Borg kien qed iressaq fil-Parlament mozzjoni biex il-Kamra tapprova l-Estimi tal-awtorità għal din is-sena finanzjarja. Huwa qal li din hija awtorità li ssegwi u tidderegi l-ippjanar tal-pajjiż u allura d-deċizjonijiet li tieħu huma kruċjali.
Hekk kif l-ekeonomija qegħda tikber, pajjiżna għaddej minn suċċess ekonomiku bla preċedent. Qed tiżdied it-talba għal attivitajiet ekonomiċi u għall-akkomodazzjoni u għalhekk jeħtieġ li l-qasam tal-kostruzzjoni u l-ippjanar mewħtieg, jirregolaw ruħhom mill-istess awtorità.
F’dawk li huma applikazzjonijiet, l-Awtorità ivvalidat 10,785 applikazzjoni, iddeċidiet ’l fuq minn 10,139 u spiċċat l-2017 b’4,000 każ pendent. Qabel, il-MEPA kienet qed tilqa’ 3,600 applikazzjoni waqt li kel;ha 1,463 pendenti . Medja ta’ 93 fil-mija tal-applikazjzonijiet kienu proċessati fiż-żmien stipulate mil-liġi.
Id-Direttortat tal-Infurzar irċieva 3,000 ilment li nvestiga minnhom 2,900. Kien hemm 135 notifika tal-infurzar li ġew magħluqa b’azzjoni diretta.
Meta tkellem dwar it-titjib fil-Customer Care, il-Ministru Borg qal li dan kien ukoll frott tas-sistema, li ġiet programmata mill-ġdid biex tippermetti lill-periti u l-pubbliku li jkunu jistgħu jaċċedu għall-applikazzjonijiet u l-a-pplikant isibha altar faċli biex jifhem xi jrid jagħmel.
Dis-sistem għamlet ukoll il-proċess aktar konvenjenti u aktar trasparenti.
L-Awtorità, li qed tagħmel ħidma biex timxi lejn sistema fejn jonqsu l-karti, s-sena l-oħra kienet fil-45 post tal-“world banking doing business report” meta fl-2013 kienet fl-1,667 post ta’ din il-lista.
Il-Ministru Borg qal li l-Awtorità qed tiffinanjza 16-il proġett mill-kunsilli lokali b’1.9 miljun ewro. Fil-fond allokat hemm bilanċ ta’ 27.8 miljun ewro u ħeġġeġ lill-kunsilli biex jużawhom għax dawn huma fondi reqdin. Talabhom jieħu inizjattivi sabiex iħaddmuhom “Dan juri kemm mhux jgħidu sewwa membri tal-oppożizzjoni meta jgħidu li l-gvern qed jiħnoq il-viċu tal-kunsilli lokali.”
L-Awtorità ħadet passi biex tirkupra multi ta’ żvilupp illegali. Il-Ministru Borg tkellem ukoll dwar inizjattivi biex appoġġat titjib fl-inħawi urbanib bħat-tierni ħruġ tal-offerta “irrestawra darek” b’10 miljun ewro li nħatfu fi 12-il jum.
F’19-il xahar, kien hemm 8,000 applikazzjoni biex ċittadini jirregolaw ruħhom wara li illegalment għamlu żvilupp żgħir f’żona tal-iżvilupp, li dwarhom l-awtorità qatt ma tista’ tieħu azzjoni ta’ infurzar. Allokat ukoll 2.7 miljun ewro biex il-kunsilli joħolqu proġetti ta’ spazji publiiċi u li jħaddru.
Il-Ministru ċaħad li l-kap ezekuttiv se jiċċalaq. Huwa qal li Johann Buttigieg qed jagħmel biċċa xogħol tajba u se jkompli jgħin f’investiment f’titjib sostanzjali biex bil-progetti tal-futur, ikun hemm titjib fil0-livbell tal-ħajja ta’ kulħadd.