Migrant mill-Mali qed jitqies bħala eroj wara li ddendel ma’ numru ta’ gallariji ta’ binja f’Pariġi biex isalva tifel żgħir li kien imdendel mill-gallarija tar-raba’ sular.
Kien proprju filmat li ttieħed ta’ dan il-mument li spiċċa jiġri mal-erbat irjieħat b’eluf ta’ nies komplew mexxew il-kelma u l-filmat fuq il-midja soċjali.
F’inqas minn minuta, Mamoudou Gassama irnexxielu jitla’ fir-raba’ sular u jsalva lit-tifel li kien f’ xifer il-mewt.
Il-President Emmanuel Macron stieden lil Gassama fil-Palazz Elysee sabiex jirringrazzjah personalment.