Dalgħodu in-naħa tal-Punent ta’ Malta sebħet b’ammont konsiderevoli ta’ ċpar. L-iżjed inħawi milquta kienu minfejn it-telgħa tas-Saqqajja fir-Rabat sa Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ.
Għalkemm dan huwa fenomenu li qajla naraw bħalu fil-gżejjer Maltin, jista jkollu effett inqas pożittiv fuq is-sewwieqa, għalhekk is-sewwieqa għandhom isuqu bil-galbu.