Żewġ saċerdoti Għawdxin li mxew triq twila – One News

Notifiki

Żewġ saċerdoti Għawdxin li mxew triq twila

Propju llum l-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech u l-Arċisqof Mons. Alfred Xuereb ifakkru l-34 anniversarju presbiterali tagħhom.

Iż-żewġ saċerdoti Għawdxin wettqu ħidma pastorali fil-gżira t’Għawdex u tul ħajjithom kellhom diversi rwoli differenti fil-Knisja li biha wettqu ħidma sfiqa.

Monsinjur Mario Grech laħaq Isqof t’Għawdex nhar is-sibt 26 ta’ Novembru 2005, fejn ġie nominat bħala t-tmien Isqof tal-gżira Għawdxija mill-Papa Benedittu XVI.

Monsinjur Alfred Xuereb sar is-segretarju privat ta’ Papa Benedittu XVI fl-2007, delegat għall-Kummissjoni Pontifiċja taħt Papa Franġisku, segretarju għas-segretarjat ekonomiku taħt Papa Franġisku wkoll; liema segretarjat inħoloq apposta u fi Frar li għadda, inħatar Nunzju Appostoliku għall-Korea ta’ Isfel u l-Mongolia.

F’isem ONE News Ad multos annos.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend