Patri Montebello jibqa’ ċċensurat – One News

Patri Montebello jibqa’ ċċensurat

Għal darboħra, l-gazzetta It-Torċa uriet kif ma kien hemm l-ebda żviluppi fil-kwistjoni tal-Patri Dumnikan, Patri Mark Montebello.

Dan hekk kif f’post il-kolonna tant popolari tal-Patri fil-gażżetta “It-Torċa”,  dehru il-kliem “Iċċensurat għat-tieni ġimgħa”

Dan minkejja li iktar kmieni din il-ġimgħa, l-Arċisqof Charles Scicluna avviċina lill-Provinċjal tal-Ordni Dumnikana sabiex tinstab soluzzjoni rigward din l-istess ċensura.

Patri Mark kien ordnat jiskot lura fit-tmienja ta’ Mejju wara li kkritika lill-Knisja f’Malta għall-istrateġija li kienet qed tuża sabiex tiġġieled il-kwistjoni tal-emendi tal-liġi tal-IVF.

B’reazzjoni għal din iċ-ċensura, kienu bosta li esprimew il-ħsibijiet tagħhom, fosthom Dun Ġorġ Dalli li waqt il-programm “Kalamita”, iktar kmieni din il-ġimgħa, faħħar lil Patri Mark għall-atteġjament tiegħu tul dan iż-żmien diffiċli.

 

Nammira lil patri Mark ukoll li obda anke jekk din l-ordni kienet ordni bla sens.

Huwa kompli jikkritika din id-deċiżjoni hekk kif fi kliemu, Patri Mark huwa persuna li jħobb il-Knisja u li jħobb jitkellem qrib il-poplu.

 

Mhux sabiħa anki li l-Knisja tidher li marret lura fi żmien il-medju evu.

Intant il-gazzetta “It-Torċa” rrapurtat li l-Provinċjal Fr. Frans Micallef nhar il-Ġimgħa tela’ Ruma.

Hemmhekk huwa mifhum li jista’ jiltaqa’ mal-Majjistru tal-Ordni Dumnikan, Fr Bruno Cadorè sabiex jiddiskutu l-kwistjoni taċ-ċensura flimkien mat-theddida li jekk jibqa’ ma jobdix ma’ l-ordnijiet li jingħatawlu, l-istess Patri jista’ jitlef l-ministeru tas-saċerdozju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend