Muscat Lagħab azzard politiku | One News

Notifiki

Muscat Lagħab azzard politiku

Il-Professur fl-Università ta’ Wisconsin fl-Istati Uniti, John Baldacchino, kiteb dwar kif sa mill-bidu tat-tmexxija tiegħu Joseph Muscat kien lest li jilgħab dak li ddeskriva bħala “azzard politiku.”

Wieħed minn 10 kontributuri li fil-ktieb Joseph 10 snin Mexxej kitbu l-fehmiet, l-analiżi jew l-esperjenzi tagħhom tat-tmexxija ta’ Joseph Muscat il-Professur Baldacchino jgħid li Joseph Muscat “ried jieħu riskju u ma beżax.”

F’kapitlu riċerkat u mirqum kif mistenni minn akkademiku tal-livell tal-Professur Baldacchino jingħad li “l-Partit Laburista taħt Muscat daħal f’bidla bla preċedent.” Bidla li kienet deskritta bħala “żvolta intenzjonata li tiftaħ beraħ lill-PL filwaqt li tagħlaq il-kapitlu tal-MLP mingħajr ma tiċħad l-istorja tal-istess partit.” Hawn il-Professur Baldacchino analizza kif dan għamlu fl-istess ħin li ma injorax il-Partit tax-Xogħol ta’ Boffa u l-MLP ta’ Mintoff u Sant.

Mhux Laburisti biss

Iżda l-Professur Baldacchino janalizza wkoll kif il-bidla ma kinitx limitata għall-miġja lura lejn il-Partit Laburista ta’ Laburisti li forsi setgħu ntiflu maż-żmien. Jikteb: “Ried jattratta wkoll lin-Nazzjonalisti ta’ Eddie. Dawn kienu kostitwenza li ħadd ma seta’ jobsor li xi darba minn ‘Eddie! Eddie! Se jgħajtu ‘Joseph! Joseph!’”

Ikompli jingħad kif hemm minn dawn li saħansitra spiċċaw parti mill-Kabinett ta’ Joseph Muscat bil-midja Nazzjonalista tikkonferma s-suċċess tiegħu billi lil dawk li telqu “ttimbrathom b’mod peġġorattiv bħala kostitwenza ta’ switchers – maqlubin.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend