Midalja tal-fidda fil-Badminton fl-aħħar jum ta' La Baule | One News

Notifiki

Midalja tal-fidda fil-Badminton fl-aħħar jum ta’ La Baule

It-team tal-Badminton tal-MESA, iffurmat minn Edmond Abela, Jacqueline Degiovanni, Joanne Cassar, Stephen Ferrante, Aldo Polidano, Sandra Spiteri u Kenneth Vella, rebaħ il-midalja tal-fidda fl-aħħar jum tal-World Company Sport Games f’La Baule fi Franza, biex għamluhom total ta’ 12-il midalja għall-kontinġent Malti waqt dawn il-Games.

Il-Maltin għelbu lit-team Franciz Veolia 3-1 fis-semi-finali, imma tilfu bl-istess skor ta’ 3-1 fil-final kontra Lufthansa Technik ta’ Hamburg, il-Ġermanja.

Fl-aħħar jum tal-logħob, is-Sibt, iż-żewġ teams tal-Beach Volley lagħbu għall-placings finali, fejn it-team tal-irġiel, iffurmat minn Angelo Bonello u David Mario Caruana, spiċċaw fis-sitt post fil-kategorija tas-Seniors, waqt li t-team tan-nisa, iffurmat minn Maria Caruana Demicoli u Isabel Cutajar, spiċċaw il-ħames fil-kategorija Open.

Fil-Bowling, it-team tal-MIA spiċċa fit-tielet post u l-BOV fis-seba’ post qabel ma t-tournament kompla fuq bażi ta’ knock-out, biż-żewġ teams sfortunatament jiġu eliminati fil-fażi tal-aħħar 16.

Għaldaqstant, il-midalji kollha mirbuħa mill-kontinġent Malti tal-MESA waqt it-tieni edizzjoni tal-World Company Sport Games f’La Baule fi Franza, kienu dawn:

Deheb
Lawrence Ransley – Shot Put
Marilyn Grech – 400 metru

Fidda
Peter Azzopardi – 5,000 metres (Kategorija D)
David Cassar – 5,000 metres (Kategorija C)
Marilyn Grech – 200 metres
Team tal-Badminton – Senior Teams Doubles

Bronż
Marilyn Grech – 100 metru
Adrian Mifsud – 5,000 metru (Kategorija C)
Mark Mifsud – 400 metru u 800 metru (2 midalji)
Matthew Scicluna – 5,000 metru (Kategorija B)
Joseph Mallia – Darts Irġiel Individwali

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend