Mhux eskluż li jkun hemm aktar splużjonijiet fil-kamra tan-nar – One News

Notifiki

Mhux eskluż li jkun hemm aktar splużjonijiet fil-kamra tan-nar

Dalgħodu għadha għaddejja l-ħidma fuq il-post tal-kamra tan-nar fejn ilbieraħ seħħet splużjoni fejn żewġt irġiel indarbu gravi u mara ħelsitha ħafif wara li seħħet splużjoni f’kamra tan-nar fin-Naxxar.

It-toroq li jagħtu għall-kamra għadhom magħluqin sa minn tal-inqas 200 metru ‘l bogħod minħabba li għad hemm il-periklu, kważa ta’ nar li jista’ jaqbad.

Fuq il-post għad hemm membri tal-pulizija u tal-bomb disposal unit. Hemm ukoll karozza tat-tifi tan-nar kif ukoll ambulanza għal dak li jista’ jinqala’.

Dan ġara fit-15:15pm meta splodiet il-kamra tan-nar tal-Għaqda Piroteknika 11 ta’ Frar ta’ San Ġwann.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend