ARA: L-identità Maltija f’wirja tal-arti kontemporanja – One News

Notifiki

ARA: L-identità Maltija f’wirja tal-arti kontemporanja

Ikomplu l-attivitajiet kulturali tal-Valletta elfejn u tmintax, din id-darba b’wirja tal-arti kontemporanja bl-isem “Dal-Baħar Madwarha” li tesplora l-identità tal-abitanti tal-Gżejjer Maltin u l-Baħar Mediterran.

F’din il-wirja ġewwa ċ-Ċentru tal-Eżamijiet f’Sant’ Iermu, tnejn u għoxrin artist u artista rinomati, kemm Maltin u kif ukoll barranin tellgħu xogħolijiet artistiċi li jippreżentaw l-identità Maltija u Mediterranja.

Il-Kuratur ta’ din il-wirja artistika, Maren Richter spjegat it-temi differenti u d-diversi kunċetti wara din il-wirja.

The exhibition is called Dal-Baħar Madwarha. The idea is to think about Malta and the fact that it is surrounded by the sea. What kind of impact and implications and what does it mean  is it a limitation or something that gives you a certain kind of Freedom.

Hija spjegat l-esperjenza tagħha sabiex itella wirja artistika ta’ dan il-livell. Wirja li tilgħab mar-realtajiet soċjali, politiċi u kulturali tal-Gżejjer.

We worked alltogether one and a half years. So there is like different elements. We invited artists from Malta, we invited artists from different countries to think about these conceptual ideas.

Din l-esebizzjoni tibqa’ għaddejja sal-ewwel ta’ Lulju ġewwa l-Pixkerija u ċ-Ċisterni ta’ taħt l-Art fil-Belt Valletta u tkun miftuħa għall-pubbliku bejn il-ħdax ta’ filgħodu u s-sebgħa ta’ filgħaxija.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend