Raġel ta’ tmienja u erbgħin sena mill-Qrendi ndarab gravi wara li t-tard is-Sibt filgħaxija waqa’ minn gallarija fil-Qrendi.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00 p.m. fi Triq Patri Nikol Magro meta l-vittma għeleb għal isfel wara li ċedew bih il-balavostri tal-gallarija.
Ambulanza ħadet lill-vittma l-isptar fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.