Żewġt irġiel indarbu gravi u mara ħelsitha ħafif wara li seħħet splużjoni f’kamra tan-nar fin-Naxxar.
Residenti Naxxarin kif ukoll dawk tal-madwar jinsabu maħsuda dan hekk kif fit-15:15pm splodiet il-kamra tan-nar tal-Għaqda Piroteknika 11 ta’ Frar ta’ San Ġwann. Minnufih marru l-Pulizija u tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn ħadu kontroll tas sitwazzjoni.
Fil-Kamra tan-nar tal-Għaqda Piroteknika 11 ta’ Frar ta’ San Ġwann li tinsab fi Triq tal-Qadi limiti tas-Salini n-Naxxar, kien hemm b’kollox ħames dilettanti tan-nar li jistghu jgħodduha b’waħda filwaqt li raġel u raġel ieħor bl-isem ta’ Colin Muscat ta’ 36 sena minn Ħad Dingli jinsab fit-Taqsima tal-Kura Ntensiva fl-Isptar Mater Dei; dan hekk kif jidher li huwa sofra minn ħruq estensiv f’ġismu.
Ma’ One News, Frans Xuereb il-President tal-Għaqda Piroteknika 11 ta’ Frar ta’ San Ġwann fejn qal li kmieni wara nofsinhar, id-dilettanti tan-nar fil-kamra kienu qegħdin ilestu sabiex imorru d-dar ħalli ftit tal-ħin wara jerħula lejn il-festa tal-Munxar f’Għawdex.
Tkellimna mal-ġuvnott Dean Calleja li nzerta kien ġewwa l-istalel li jinsabu fil-madwar meta sema’ ħoss ta’ spluzjoni li ghalkemm ma hezzitx l-art izda dahnet u garrfet xi partijiet mill-kamra; huwa semma kif ta’ kull nhar ta’ Sibt għall-ħabta tat-tlieta normalment joħroġ biż-żiemel fl-akwati.
Residenti fl-inħawi iddeskrivew ma’ One News il-ħoss tal-isplużjoni bħala kaxxa nfernali fejn għal bidu ħasbu li kien xi murtal; dan hekk kif l-istess persuni qalu li ġieli semgħu murtal jieħu madanakollu din id-darba il-ħoss tant kien qawwi li bħal donnu splodew qabda murtali f’salt.
Il-President tal-Kamra tan-nar assigura li kull min kien hemm fuq il-post kien liċenzjat skont ir-regolamenti meħtieġa.
Sorsi qrib l-investigazzjonijiet qalu lil ONE NEWS li l-post fejn seħħ l-inċident ingħalaq sabiex b’hekk tiġi ppreservata l-evidenza.
Fuq il-post kien hemm prezenza qawwija ta’ pulizija u membri tal-protezzjoni civili li b’ħidma kkordinatha għalqu l-aċċess fiż-żona u neħħew kwalunkwe periklu dan hekk kif kien hemm il-biża li jieħu xi murtal ieħor. L-inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Marseann Farrugia ghadha ghaddejja bill-pulizija diga gabret diversi informazzjoni mill-membri tal-kamra tan-nar.
Aqra wkoll:
Kliem ta’ kuraġġ għal wieħed mill-irġiel li ndarbu fl-isplużjoni tal-kamra tan-nar
Bosta ħbieb u qraba qed iħallu kliem ta’ kuraġġ fuq il-profil ta’ wieħed mill-irġiel li ndarab fl-isplużjoni tal-kamra tan-nar fin-Naxxar. Colin Muscat ta’ 26 sena residenti Ħad-Dingli hu wieħed miż-żewġt irġiel li safa midrub fejn ġarrab ħruq ma’ ġismu waqt dan l-inċident fejn iddaħħal fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei.