"Filli f'xifer il-mewt u f'daqqa waħda kuljum aħjar" | One News

Notifiki

“Filli f’xifer il-mewt u f’daqqa waħda kuljum aħjar”

Kważi ġimgħa u nofs mindu l-Kuntistabbli Simon Schembri kien kważi tilef ħajtu wara li ttajjar minn ġuvni ta’ sbatax -il sena f’Ħal Luqa, il-kundizzjoni medika tiegħu qed titjieb ma’ kull jum li jgħaddi.

L-Ispettur Herman Mula, li hu l-kelliem ewlieni tal-familja Schembri stqarr ma’ ONE News li minkejja li t-triq għall-fejqan hi waħda twila, jidher li Schembri qed iwieħeb tajjeb għall-kura li qed tingħatalu tant li jinsab luċidu u konxju tar-realtajiet li qed jaffaċċja.

“We can look back ġimgħa, ġimgħa u ftit down the line u ngħidu li filli kien f’xifer il-mewt, qisha kienet skontata li se jmut Simon u f’daqqa waħda kuljum jagħmel dik it-tikka improvement. L-ewwel fetaħ għajnejħ, imbgħad beda jitkellem, imbgħad beda jieħu xi naqra likwidi u issa dal-aħħar jumejn anke naqra solidi qiegħed jiekol Iġifieri dak huwa sinjal tajjeb mmens.”

 Wara li kien hemm ħafna li ħadu l-inizjattiva li jiġbru xi fondi għall-Kuntistabbli Schembri, il-familja ħolqot żewġt kontijiet bankarji biex il-ġbir ikun regolarizzat u jiġu eliminati l-abbużi. Issa li l-affarijiet qabdu t-triq it-tajba, il-familja u l-ħbieb ta’ Simon ħassew li għandhom imorru pass ieħor il-quddiem.

Dwar dan l-Ispettur Mula spjega ma’ ONE News li qed jitfassal qafas għal fondazzjoni li mhux biss ser tieħu ħsieb il-ħtiġijiet ta’ Simon iżda wkoll ta’ dawk li tmisshom ix-xorti ħażina li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

“Once li jissettjawilna, il-fondi se jiġu trasferiti kollha fiha. Tajjeb li wieħed ikun jaf li l-skop tagħha se jkun li jkun hemm accountability, professjonalità u auditing indipendenti kemm mill-familja u kemm mil-ħbieb tiegħu. L-ewwel mhu se ngħinu il-kawża ta’ Simon, pero il-flus li se jibqà, jekk jibqà u anke jekk ma jibqax, din il-fondazzjoni hija l-skop tagħha hu li tgħin nies li jgħaddu minn dak li għadda Simon u mhux persuni fil-pulizija biss.”

Intant rapporti fil-midja qalu matul il-lejl li għadda il-ħanut tal-familja, f’raħal ġdid kien fil-mira ta’ attentat ta’ serqa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend