€259,000 mill-Fond għall-Kawżi Ġusti għal patrimonju, kompetizzjonijiet tal-isport u restawr – One News

Notifiki

€259,000 mill-Fond għall-Kawżi Ġusti għal patrimonju, kompetizzjonijiet tal-isport u restawr

Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Mejju, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qassam ittri ta’ mpenn mill-Fond tal-Lotteriji Nazzjonali għall-Kawżi Ġusti lil ħdax-il organizzazzjoni minn oqsma differenti.

F’laqgħa li saret fil-Ministeru għall-Finanzi fil-Belt Valletta, il-Ministru Scicluna kellu wkoll l-okkażjoni li flimien mar-rappreżentanti ta’ dawn l-għaqdiet, jiddiskuti l-proġetti li se jitwettqu fi ħdan il-komunità Maltija.

Dawn il-proġetti jvarjaw bejn restawr u rinovazzjoni ta’ diversi opri ta’ patrimonju nazzjonali f’postijiet reliġjużi, parteċipazzjoni f’kompetizzjonijiet tal-isport internazzjonali, għaqdiet li jipprovdu għajnuna fis-soċjetà lil nies li għandhom bżonnha, kif ukoll restawr ta’ siti nazzjonali.

Dawn l-għotjiet mill-Fond għall-Kawżi Ġusti b’kollox jammontaw għal €259,000.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend