L-Għaqda mhux Governattiva, Malta Infertility Network laqgħet il-vot favur l-emendi fil-liġi tal-IVF li ttieħed ilbieraħ fil-Parlament.
Fi stqarrija appellat kif issa li sa jkun hemm diskussjonijiet u suġġerimenti fi stadju ta’ kumitat biex jittejjeb dak li qed jiġi propost, huwa importanti li wieħed iżomm f’moħħu li l-infertilità hija kundizzjoni medika.
Spjegat kif għaldaqstant huwa importanti li bħala pazjenti ikun hemm aċċess għall-aqwa trattamenti possibli.
L-NGO temmet billi ħeġġet lill-Gvern biex ma jieqafx hawn u jkompli jimmoderniżża l-leġiżlazzjoni biex aktar koppji nfertili jiġu milħuqa.
Ilbieraħ b’36 vot favur u 29 kontra, l-Parlament approva it-tieni qari tal-Abbozz ta’ Liġi li jemenda il-liġi dwar l-IVF.