Raġel ta’ 50 sena sofra ġrieħi gravi wara li l-Ħamis waranofsinhar waqa’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xogħol f’fabbrika fi Triq Sir Paul Boffa f’Raħal Ġdid.
Ir-raġel li joqgħod Birżebbuġa inagħta l-ewwel għajnuna fuq il-post minn tim mediku fejn aktar tard ħadu l-isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie stabbilit li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u qed jitmexxew mid-Distrett ta’ Raħal Ġdid.