Nirien kbar f'maħżen tal-ħwejjeġ f'Raħal Ġdid | One News

Notifiki

Nirien kbar f’maħżen tal-ħwejjeġ f’Raħal Ġdid

Fis-sigħat li għaddew saret operazzjoni intensiva mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex ġew ikkontrollati nirien li nħakmu f’maħżen tal-ħwejjeġ fi Triq Ninu Cremona f’Raħal Ġdid.

Jidher li n-nirien bdew għall-ħabta tal-erbgħa ta’ filgħodu.

Għadu mhux magħruf x’wassal għan-nirien. Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għadhom fuq il-post hekk kif jidher li n-nirien li tkebbsu tant kienu qawwija li ħadu numru ta’ sigħat biex ġew mitfija.

Ritratti u Filmati: Alex Borg

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend