Il-President Amerikan Donald J. Trump ħassar is-summit pjanat li kellu jsir mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-Un. Trump għamel dan permezz ta’ ittra li bagħat personalment lil mexxej Korean.
Dan l-iżvilupp kważi kien bla sorpriża hekk kif fl-aħħar jiem ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi reġgħu ħadu daqqa ‘l isfel wara li l-Korea ta’ Fuq oġġezzjonat li jsiru simulazzjonijiet millitari bejn il-Korea ta’ Isfel u l-Istati Uniti fil-peniżola Koreana.
Skont rapporti minn ġol-White House, Trump ħa għalih bl-istqarrija mill-Viċi-Ministru tal-affarijiet Barranin tal-Korea ta’ Fuq meta ddeskreviet kummenti li għadda l-Viċi President Amerikan Mike Pence bħala stupidi.