79% tal-mizuri ta’ simplifikazzjoni ġew implimentati fl-2017.
Dan irriżulta wara li għar-raba’ sena konsekuttiva, is-servizz pubbliku nieda l-pubblikazzjoni tiegħu dwar il-miżuri ta’ simplifikazzjoni mwettqa. Dan huwa turija tal-kontabilità li s-servizz pubbliku qed irodd lura lill-klijenti tiegħu.
Waqt konferenza stampa, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar fisser kif kien hemm aktar minn 600 miżura ta’ simplifikazzjoni li ġew implimentati f’erba’ snin minn din l-amministrazzjoni.
Il-kummissarju għas-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-burokrazija, Rosianne Cutajar fissret kif bit-titjib li qed isir, qed jingħata servizz aħjar lill-klijenti Maltin u Għawdxin. Semmiet kif beda jiltaqa’ uffiċjalment il-kulleġġ tar-regolaturi li jagħti wkoll rakkomandazzjonijiet lill-Gvern f’dan ir-rigward.
Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli saħqet fuq l-importanza li nkomplu tilgħin tarġa oħra sabiex is-servizzi governattivi jsiru dejjem aktar ‘customer-oriented’.