ARA: Żieda fil-viżitaturi u fl-iljieli f’akkomodazzjoni kollettiva – One News

Notifiki

ARA: Żieda fil-viżitaturi u fl-iljieli f’akkomodazzjoni kollettiva

Tul l-ewwel kwart ta’ din is-sena, kienet irreġistrata żieda fin-numru ta’ viżitaturi u iljieli mqatta’ fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni kollettiva.

Skont statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, in-numru ta’ viżitaturi żdied b’sittax punt erbgħa fil-mija jiġifieri tliet mija, sebgħa u disgħin elf, ħames mija u tmintax meta mqabbla mal-istess kwart tal-elfejn u sbatax.

Dan filwaqt li n-numru ta’ ljieli fl-ewwel kwart tas-sena laħħaq il-miljun, tmien mija tmienja u erbgħin, mija u wieħed u sebgħin lejl li tfisser żieda ta’ tnax punt sebgħa fil-mija meta mqabbla mal-istess perjodu fl-elfejn u sbatax.

L-ikbar numru ta’ ljieli kien irrapurtat f’lukandi ta’ erba’ stillel li ammontaw għal kważi disa’ mija u tmienja u tletin elf lejl jew ħamsin punt sebgħa fil-mija tat-total.

Matul Marzu ta’ din is-sena, kien hemm mija u erbgħa u tmenin stabbiliment attiv ta’ akkomodazzjoni kollettiva.

Fuq livell reġjonali, in-numru ta’ viżitaturi f’Malta ammonta għal tliet mija, wieħed u tmenin elf, mitejn u sebgħa u tmenin, jiġifieri sittax punt tmienja fil-mija aktar meta kkumparat mal-ewwel kwart tas-sena li għaddiet.

In-numru totali ta’ viżitaturi u ljieli mqatta’ f’Għawdex u f’Kemmuna żdiedu b’sebgħa punt sebgħa fil-mija u għaxra punt wieħed fil-mija rispettivament mta mqabbla mal-ewwel kwart tas-sena li għaddiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend