Ser jitwaqqaf laboratorju biex jingħata taħriġ lill-ħaddiema tas-settur pubbliku | One News

Notifiki

Ser jitwaqqaf laboratorju biex jingħata taħriġ lill-ħaddiema tas-settur pubbliku

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri ħabbar li se jitwaqqaf laboratorju li minnu se jibda jingħata taħriġ lill-ħaddiema tas-settur pubbliku.

Ħaddiema li fil-ġimgħat li għaddew diġà bdew jingħataw taħriġ.

Fisser kif is-settur pubbliku għandu l-identità. Faħħar id-determinazzjoni ta’ Mario Cutajar li bil-ħidma tiegħu saret riforma fis-settur pubbliku li ma jiqbax servizz burokrattiku imma eqreb lejn ic-cittadin.

Is-Segretarju Permanenti ewlieni Mario Cutajar tkellem dwar l-importanza li servizz ta’ kwalità għandu jkun rutina. Il-viżjoni hi li servizz pubbliku għandu jkun 24/7 – għal kulħadd u kullimkien.

Spjega kif F’Marzu tas-sena li għaddiet il-gvern beda jniehdi l-ewwel apps fuq il-mobile u kien hemm siti elettroniċi li ħafna minnhom ġew iddisinjati biex ikunu aċċessibli għal kulħadd minn fuq il-mobile.

Ic-chairman tal-MITA Tony Sultana qal li 72 fil-mija f’Malta jużaw smart phone.

Aktar minn nofshom jużawh l-ismartphone għal iktar minn sagħtejn.

Filwaqt li terz minnhom diġà għamlu użu minn xi servizz tal-gvern fuq l-ismartphone tagħhom.

Huwa tkellem dwar l-importanza li l-gvern ikompli jsaħħaħ is-servizzi governattivi tiegħu fuq il-mobile.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend