Se jirreżenja l-Arċisqof li ħeba abbuż sesswali fuq it-tfal | One News

Notifiki

Se jirreżenja l-Arċisqof li ħeba abbuż sesswali fuq it-tfal

L-Arċisqof Kattoliku fl-Awstralja li nstab ħati li ħeba abbuż sesswali fuq it-tfal se jkun qed jirreżenja mill-pożizzjoni tiegħu.

Philip Wilson, Arċisqof ta’ Adelaide, instab ħati minn qorti fil-jum tat-Tlieta li ħeba r-reati ta’ qassis pedoflu.

Huwa tniżżel fl-istorja bħala l-aktar Kattoliku anzjan fid-dinja mixli u ħati b’din l-offiża.

Wilson se jirreżenja mid-dmirijiet tiegħu fil-jum tal-Ġimgħa. Huwa ma indikax jekk hux se jappella d-deċiżjoni, fejn qed jaffaċċja massimu ta’ sentejn ħabs.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend