Perez ta' Gżira lura fi Spanja | One News

Notifiki

Perez ta’ Gżira lura fi Spanja

L-attakant Spanjol Moises Avila Perez mhux mistenni jkompli jilgħab f’Malta hekk kif ser jirritorna f’pajjiżu.

Il-captain ta’ Gżira United kien strumentali għal Maroons hekk kif mhux biss għen lit-tim jikseb l-promozzjoni mill-ewwel divizjoni għal premier żewġ staġuni ilu, iżda fit-tmiem l-istaġun li għadda għen lil Gżira jaslu fit-tielet post tal-klassifika u għalhekk minn hawn u ftit tal-ġimgħat oħra ser jilagħbu fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Ewropa League.

Moises Avilla Perez beda l-avventura tiegħu f’Malta fis-sajf tal-2011 meta kien iffirma għal Birkirkara.  F’Jannar tal-2013 Perez ġie misluf lil Qormi għal sitt xhur biex fl-istaġun ta’ wara kien ingħaqad ma’ Rabat Ajax.  L-esperjenza ta’ Moises Avilla Perez ma’ Gżira bdiet f’Jannar tal-2014.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend